Is-Sezzjoni żgħażagħ fi ħdan l-Għaqda Mużikali L’Isle Adam tar-Rabat tal-Imdina fl-okkażjoni tal-150 sena Anniversarju mit-twaqqif tal-Ewwel Banda fir-Rabat ser torgranizza Street Party bl-isem ‘One Five O’. Ser issir nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Ġunju 2010 fi Triq San Ġużepp ir-Rabat. Ser ikollna id-Deejays Glen J. u Conrad SK.
Id-Dħul ser ikun mingħajr ħlas u tinġabar id-donazzjoni lil Puttinu Cares waqt il-Party. Din id-donazzjoni ser tiġi preżentata lil membri ta’ Puttinu Cares nhar l-Imnarja 29 ta’ Ġunju 2010 fi Pjazza Saqqajja r-Rabat waqt il-Kunċert Annwali tal-Banda L’Isle Adam.
Għalhekk huwa importanti ferm li nattendu biex waqt din is-sena tal-Anniversarju tal-Banda L’Isle Adam ngħatu ftit milli għandna lit-tfal li huma inqas ix-xurtjati minnha, biex ukoll ngħinu u nferrħu.
Għalhekk narawkom nhar il-Gimgħa 25 ta’ Ġunju 2010 mid-9:00pm ‘il quddiem fi Triq San Ġuzepp ir-Rabat.
Tislijiet,
Adrian Zahra
Kaxxier
Sezzjoni Zghazagh
Ghaqda Muzikali
L’Isle Adam
Rabat tal-Imdina